Sport Sport Ieħor

Murray jista’ jirritorna fl-Open ta’ Miami

(Ritratt: EPA)

L-eks numru wieħed tad-dinja Andy Murray qed jimmira li jirritorna fl-Open ta’ Miami aktar kmieni dan ix-xahar wara r-rijabilitazzjoni fl-injury f’ġenbu. Il-Britanniku ta’ 32 sena, tilef l-Open tal-Awstralja f’Jannar wara li kien għadu ma rkuprax minn injury li weġġa’ fit-Tazza Davis f’Novembru li għadda. Hu ma ħax sehem ukoll fit-tournaments ta’ Montpellier u Rotterdam ix-xahar li għadda.

“Qed nitħarreġ biex nipprova u nkun lest għal Miami. Għamilt rijabilitazzjoni twila fl-aħħar xhur u l-muskoli kollha madwar ġenbi qed jaħdmu tajjeb.” Hu qal li minħabba li lagħab ftit fi tliet xhur, irid ftit żmien biex jerġa’ jħossu komdu fuq il-court.

Murray li rkupra minn operazzjoni serja f’ġenbu kmieni s-sena l-oħra, rebaħ it-titlu f’Antwerp f’Ottubru li għadda u rebaħ biss logħba waħda għat-tim Britanniku fit-Tazza Davis qabel weġġa’. L-Open ta’ Miami jibda fit-23 ta’ Marzu.

Tags