Lokali Sport Sport Ieħor

William Chetcuti jirbaħ il-kompetizzjoni Trap organizzata mill-MSSF

Ir-rebbieħa flimkien mal-organizzaturi (Ritratt: MSSF)

William Chetcuti rebaħ il-kompetizzjoni Trap li kienet organizzata l-Ħadd li għadda fix-Shooting Range Nazzjonali tas-Siġġiewi. Fit-tieni u t-tielet post spiċċaw Brian Galea u Emanuel Zammit rispettivament. Fil-finali mat-tliet tiraturi li spiċċaw fuq il-podju kien hemm Christopher Vella u ż-żewġ żagħżagħ promettenti Nico Sciberras u Ryan Bugeja. Nhar il-Ħadd ikompli l-Programm Trap organizzat mill-MSSF bil-Horace Micallef Trophy fis-Southern Shooting Club

Riżultati Finali : William Chetcuti 43/50, Brian GaleA 42/50, Emanuel Zammit 33/40, Ryan Bugeja 24/35, Nico Sciberras 20/30, Chritospher Vella  17/25