Lokali

AĠĠORNATA: Mara tqila tweġġa’ f’inċident tat-traffiku fil-Bypass ta’ Marsaskala

Mara tqila weġġgħet f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-Bypass ta’ Marsaskala.

Jirriżulta li fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tas-2pm, kienu nvoluti karozza tat-tip Renault u oħra tat-tip Ford, li jidher li kienu għaddejjin fl-istess direzzjoni.

Kawża tal-inċident, iż-żewġ karozzi ġarrbu ħsarat konsiderevoli, b’waħda minnhom spiċċat ħabtet f’ċint.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura, anke wara intervent ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.