Lokali

Anzjana ilha erbat ijiem muġugħa tistenna li ssirilha operazzjoni

Anzjana ilha erbat ijiem muġugħa tistenna li ssirilha operazzjoni wara li kisret il-minkeb.

In-neputija tal-anzjana fuq il-midja soċjali ddikjarat li tinsab inkwetata wara li nannitha ta’ 86 sena ilha fis-sala fis-sezzjoni l-ħadra fl-Isptar Mater Dei erbat ijiem għal operazzjoni li tieħu madwar 30 minuta. Dan filwaqt li ilha għal dawn l-aħħar jiem sajma.

Il-persuna li kkuntatjatna qed titlob għal spjegazzjoni għaliex nannitha għadha sal-illum muġugħa, tant li kif juri r-ritratt idha tbenġlet sew! Hi tifhem li hemm diversi każi oħra li huma urġenti iżda l-kundizzjoni tal-anzjana mistennija tkompli tiggrava.

L-istess persuna avviċinat lill-customer care iżda flok ingħatat tweġieba dak il-ħin stess, hi ġiet mitlubha biex tibgħat email lill-istess persuna.