Lokali Saħħa

CORONAVIRUS: “Il-miżuri tal-Gvern kienu destinati li jfallu”

Fi stqarrija konġunta wara li feġġ l-ewwel każ tal-Coronavirus f’Malta, l-Assoċjazzjoni tat-Tobba (MAM) u l-UĦM Voice of the Workers qalu li huwa ċar li l-miżuri li ttieħdu sa issa kienu destinati li jfallu.

Il-MAM u l-esperti tas-saħħa lokali kienu kollha għamluha ċara ħafna li hemm bżonn jitwaqqfu l-20 titjira fil-ġimgħa li jaslu Malta mill-Italja ta’ fuq.

Kemm il-UĦM u anke t-tobba ilhom ġranet jitolbu għall-kwarantina obligatorja, għaliex il-kwarantina volontarja “hi dubjuża, u destinata li tfalli”.

Il-MAM u l-UĦM qed jappellaw lill-gvern biex issa jagħti widen għall-parir tal-awtoritajiet tas-saħħa u jieqfu b’effett immedjat it-titjiriet kollha miż-żoni ta’ riskju għoli fit-Tramuntana tal-Italja u jimplimentaw b’mod obbligatorju l-miżuri tal-kwarantina biex tiġi evitata epidemija.

“Epidemija jista’ jkollha konsegwenzi serji fuq is-saħħa tan-nies u fuq l-ekonomija nazzjonali”.

Iż-żewġ imsieħba soċjali qed jinsistu li peress li f’din is-sitwazzjoni r-responsabbiltà taqa’ taħt is-Supretendent tal-Pubbliku Saħħa, id-direzzjoni kollha għandha tinħareġ mingħajr ostakli mill-uffiċċju tagħha.