Internazzjonali Saħħa

Coronavirus: L-imwiet fl-Italja jitilgħu għal kważi 200

L-imwiet fl-Italja telgħu għal madwar 200 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietu kważi 50 persuna b’kawża tal-Coronavirus.

Din l-imxijja s’issa jidher li affetwat mal-4,600 persuna fl-Italja, l-akbar numru affetwati fl-Ewropa.

L-Italja infatti hija t-tieni l-akbar pajjiż li rrapurtat imwiet, wara ċ-Ċina, b’kawża tal-Covid-19.

Il-Gvern Taljan din il-ġimgħa ordna l-għeluq tal-skejjel kollha għal 10 ijiem, dan bħala prekawzjoni għat-tixrid tal-virus. Fl-aħħar jiem l-isport professjonali kollu, inklużi l-logħbiet tal-futbol tas-Serie A, intlagħbu wkoll wara bibien magħluqa. Din id-deċizzjoni mistennija tibqa’ fis-seħħ għal numru ta’ partiti oħra.

Skont il-WHO l-virus laqat aktar minn 100,000 persuna u aktar minn 3,000 persuna tilfu ħajjithom.