Internazzjonali

CORONAVIRUS: Lockdown mill-Gvern Taljan fil-Lombardia

Il-Gvern Taljan ghadu kif ippubblika Digriet li permezz tieghu hadd ma jista’ jidhol jew johrog mil-Lombardia.

Il-lockdown se taffetwa wkoll l-ibliet ta’ Treviso, Modena, Parma, Piacenza, Rimini, Pesaro, Urbino, Venezja, Padova u Alessandria.

Dan id-Digriet li sar ligi jibqa’ fis-sehh sat-3 t’April, ftit jiem biss qabel il-festi tal-Ghid. Dan fil-fatt mistenni jaffetwa mhux ftit it-turizmu fin-naha ta’ fuq tal-Italja; bliet li huma ferm popolari anke mal-Maltin.

Id-Digriet jimponi sospensjoni ta’ kull tip ta’ work meeting, filwaqt li hemm restrizzjonijiet fuq bars u restoranti.

B’kollox fl-Italja n-numru ta’ mejta qabez il-230.

Intant, fi zviluppi ohra, New York iddiljarat stat ta’ emergenza.

Aktar dettalji fil-hin li gej.