Rapport: Stewart Said
SLIEMA W…………….. 4
SENGLEA A…………… 1
Sliema: J. Galea, J. Mintoff, K. Shaw, J. Cruz Gill, A. Oyama, M. Scerri (M. Sansone 73’), C. Calvo (E. Agius 67’), C. Zappa, A. Satariano (J. Pearson 84’), J. Cisotti, F. Vasilchik
Senglea: M. Farrugia, M. Micallef (J. Tanti 57’), S. Olberkis, A. do Nascimento, C. Zammit, N. Braunovic, J. Micallef, R. de Almeida, J. Cabral (J. Debono 67’), T. Marukawa, J. Teixeira (S. Eddin Arab 81’)
Imwissija: C. Calvo 66’, M. Sansone 82’ (Sl), R. de Almeida 66’, T. Marukawa 87’ (Se)
Skorjaw: J. Cabral 25’ (Se), J. Cruz Gill 28’, J. Cisotti 45+2’, A. Satariano 57’, M. Sansone 79’ (Sl)
Referee: Ishmael Barbara
Assistenti Referees: Paul Apap, Thomas Debono
Il-mument Plejer tal-logħba: Juri Cisotti (Sliema Wanderers)
BOV Plejer tal-logħba: Juri Cisotti (Sliema Wanderers)
Id-debutt ta’ Vladan Tomic bħala kowċ ta’ Senglea Athletic ma setax kellu bidu negattiv aktar minn telfa ta’ 4-1 f’konfront dirett kontra Sliema Wanderers. B’dan ir-riżultat, tkompli tikkomplika ruħha l-pożizzjoni ta’ Senglea biex iżommu posthom mal-kbar. Għal Sliema jkompli l-mument pożittiv hekk kif issa jinsabu tmien punti fuq l-istess Senglea. Din kienet it-tielet logħba taħt it-tmexxija ta’ Andrea Pisanu, bis-Slimiżi jiksbu żewġ rebħiet u draw.
Senglea ħolqu l-ewwel azzjoni wara kwarta b’passaġġ ta’ Taisei Marukawa lejn Jose Teixeira li qabbeż fuq Jake Galea iżda t-tentattiv spiċċa fuq il-lasta. Żewġ minuti wara, Galea dawwar bi bravura f’korner daqqa ta’ ras ta’ Juninho Cabral wara kross mil-lemin ta’ Justin Micallef. Il-gowl kien ilu joqrob u wasal fil-25 minuta bi kross fil-baxx ta’ Ricardo de Almeida lejn JUNINHO CABRAL li b’xutt fil-baxx ma tax ċans lil Galea. Reazzjoni immedjata ta’ Sliema li ġabu d-draw tliet minuti wara b’Oyama jqassam lejn Alexander Satariano li bi kross sab lil JUAN CRUZ GILL, bid-difensur imattar siequ biex skorja mill-viċin.
Ċans għal Senglea li jerġgħu jmorru minn fuq fit-33 minuta b’passaġġ ta’ Marukawa lejn Justin Micallef iżda x-xutt tal-midfielder ħabat man-naħa ta’ barra tax-xibka. Fid-39 minuta, Cisotti prova b’ġest akrobatiku iżda t-tentattiv għadda ftit barra. Sliema marru fil-vantaġġ eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima b’ħarba ta’ Juri Cisotti li twaqqa’ fil-kaxxa minn Mano Micallef, bir-referee Ishmael Barbara jordna penalty. Inkariga ruħu JURI CISOTTI li skorja b’xutt b’saħħtu ċentralment.
Is-Slimiżi kabbru l-vantaġġ fis-57 minuta b’xutt fil-baxx għar-rokna ta’ ALEXANDER SATARIANO wara li rċieva mingħand Federico Vasilchik. Cisotti mar qrib ir-raba’ gowl fit-63 minuta b’xutt minn qagħda tajba li għadda ftit barra. Il-partita tilfet kull sens tagħha u Sliema aċċertaw mir-rebħa fid-79 minuta b’azzjoni personali tas-sostitut Michele Sansone li għeleb lil Farrugia b’xutt fil-baxx.
//= $special ?>