Rapport: Stewart Said
Exiles Elia Caterers telgħu fit-tieni post tal-Enemed Cup b’rebħa fuq il-ġirien Sliema Frank Salt. Ir-riżultat finali jagħmel ġustizzja mal-andament tal-logħba, b’Exiles jiksbu vantaġġ ta’ erba’ gowls b’doppjetti ta’ Kurt Griscti u Mark Fenech. Sliema daħlu fil-logħba l-ewwel b’penalty ta’ Nicholas Bugelli fit-tieni sessjoni, imbagħad b’gowls ta’ Zach Mizzi u Jacob Sciberras. Iżda Philip Paris u Mark Fenech għamlu l-iskor 6-3 fi tmiem it-tielet sessjoni. Fl-aħħar sessjoni huma kkontrollaw mingħajr wisq diffikultà l-isforzi tal-avversarji.
San Ġiljan TUM Invest baqgħu b’punti massimi b’rebħa komda ta’ 14-8 kontra Sirens Greentube. Ir-rebħa għat-tim ta’ Dorian Pisani kienet evidenti sa mill-ewwel minuti u daħlu jistrieħu 7-1 minn fuq bi tliet doppjetti ta’ Andreas Galea, Darren Zammit u Mattias Ortoleva, kif ukoll gowl ta’ Dino Zammit. Huma rebħu wkoll it-tielet sessjoni, b’Sirens jirnexxilhom jagħmlu l-iskor aktar rispettabbli fl-aħħar sessjoni. Spikka fil-logħba s-sitt gowl ta’ Sirens skorjat minn ġmiel ta’ backhand minn Ken Erdogan.
Tasal l-ewwel rebħa tat-tim żagħżugħ ta’ Neptunes Leo Vegas b’rebħa faċli fuq Marsaskala Fish and Fish 14-3. It-tim ta’ Jovan Popovic dejjem kien fil-vantaġġ fil-logħba u sal-mistrieħ kellhom vantaġġ komdu ta’ 6-1, b’Nikolai Zammit jiskorja tripletta sa dak il-ħin. Fit-tielet sessjoni, Neptunes skorjaw erba’ gowls mingħajr risposta, biż-żagħżugħ Sebastian Busuttil jiskorja doppjetta. Marsaskala naqqsu d-distakk fl-aħħar sessjoni b’żewġ gowls tal-veteran John Licari u Kyle Navarro iżda Neptunes skorjaw erba’ darbiet fl-aħħar nofs sessjoni tal-logħba.
MARSASKALA FISH AND FISH……. 3
NEPTUNES LEO VEGAS……………… 14
(1-3), (0-3), (0-4), (2-4)
Marsaskala: J. Micallef, N. Gatt, A. Camenzuli, P. Privitera (1), M. Aquilina, L. Grixti, J. Licari (1), M. Manara, K. Navarro (1), J. Culic, J. Erdogan, A. Vella, M. Borg, D. Camilleri, J. Diedo
Neptunes: A. Borg Cole, J. Spiteri Staines, J. Farrugia, G. Pace, M. Martellacci (1), M. Castillo (1), L. Calleja, S. Busuttil (4), S. Gialanze, N. Zammit (4), A. Fenech (1), S. Stellini (1), B. Busuttil, L. Gialanze, R. Galea (2)
Referees: Ronnie Spiteri, Neville Mercieca
SAN ĠILJAN TUM INVEST………….. 14
SIRENS GREENTUBE………………….. 8
(3-0), (4-1), (3-2), (4-5)
San Ġiljan: J. Tanti, K. Tanti (1), A. Galea (2), B. Grech (1), M. Mannino, B. Plumpton, M. Ortoleva (4), J. Bonavia, T. Said, Da. Zammit (2), P. Fava (1), Di. Zammit (3), G. Vassallo, Z. Micallef, J. Portelli
Sirens: O. Gauci, M. Cutajar, K. Erdogan (2), G. Melillo, J. Zerafa Gregory, G. Farrugia, L. Falzon, I. Riolo, J. Napier, G. Sammut (2), M. Azzopardi (3), M. Sciberras (1), P. Serracino, M. Chircop, M. Bonnici
Referees: Massimo Angileri, Stefan Licari
EXILES ELIA CATERERS……………. 7
SLIEMA FRANK SALT………………… 4
(1-0), (3-1), (2-2), (1-1)
Exiles: M. Castillo, J. Bajada, A. Magri, P. Paris (1), T. Sullivan, S. Xerri de Caro, M. Fenech (3), K. Griscti (3), N. Paris, A. Cousin, S. Apap
Sliema: N. Grixti, K. Borg, N. Saliba, J. Sciberras (1), M. Meli (1), B. Cachia, N. Schiavone, M. Carani, J. Brownrigg, D. Fenech, Z. Mizzi (1), N. Bugelli (1), M. Vassallo, M. Demarco, R. Greco
Referees: Alex De Raffaele, Peter Balzan
Logħob li jmiss
Is-Sibt 14 ta’ Marzu
Sliema v Marsaskala 3.00pm, Sirens v Exiles 4.15pm, Neptunes v San Ġiljan 5.30pm
//= $special ?>