Lokali

Għadd ta’ immigranti Somali jaħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far

Ritratt: mill-Arkivji

Għadd ta’ immigranti irregolari mis-Somalja ħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far wara li sgassaw ħadid li jdawwar il-post.

Net News hu infurmat li kienu 25 dawk li ħarbu u jidher li kien immigrant li ġibed l-attenzjoni tal-uffiċjali għaliex kienu għadhom ma ndunawx.

Fi stqarrija, il-Ministeru tal-Intern qal li l-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittxija għalihom, li bdiet appena t-tmexxija taċ-Ċentru ndunat u rrappurtat dak li ġara.

Ħafna qed jistaqsu minn kien il-persuna inkarigata fil-ħin li ġara dan il-każ u x’sar minnhom il-head counts li kienu jsiru fil-passat.

Skont sorsi ta’ Net News jidher li dawn l-immigranti ħarbu fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.

Aktar investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.