Lokali

Il-Ministru Zammit Lewis jammetti li l-Gvern falla

Il-Ministru Ian Borg jibqa’ jistaħba

Evidenti r-rabja f’dawk li tilfu djarhom biswit sit ta’ kostruzzjoni fl-aħħar xhur, ħelsuha ħafif iżda sal-lum għadhom mingħajr ir-residenza tagħhom. Rabja li anke waslet biex fuq ix-xandir nazzjonali waħda mir-residenti stqarret li min hu responsabbli għandu jerġa’ jibni d-djar li waqgħu biswit siti ta’ kostruzzjoni fl-aħħar xhur.

Fost dan kollu, minn mindu seħħet it-tragedja, il-Ministru Ian Borg ma tfaċċa mkien – għajr meta inqabad dieħel għal-laqgħa tal-Kabinett li ssejhet it-Tlieta li għada f’Kastilja. Mill-bqija, f’kull programm li fih giet diskussa it-traġedja tat-Tnejn li għadda, il-Gvern ghazel li jzomm lil Ian Borg moħbi.

Hekk għamel ukoll fil-program Xarabank, fuq ix-Xandir tal-Istat, fejn Ian Borg staħba waqt il-kritika fil-konfront tal-Gvern dwar l-Avviż Legali tal-Kostruzzjoni li ħareġ Ian Borg stess ma qatgħet xejn.

Din id-darba kien il-Ministru kollega tiegħu, Edward Zammit Lewis, li saħansitra ddikjara li l-Gvern tiegħu falla meta ametta li “falla l-gvern u fallew il-players l-oħra kollha”.

Il-program sar fid-dawl tad-diżgrazzja li ġrat it-Tnejn li għadda fejn Miriam Pace, omm ta’ 54 sena inqatlet f’darha stess , residenza li kienet biswit sit ta’ kostruzzjoni.

Minkejja li fil-program kien mistieden membru tal-Gvern Laburista, membri mis-Soċjetà Ċivili u anke periti fost oħrajn, ħadd mill-Partit Nazzjonalista ma kien mistieden.

Sadanittant, aktar nies li sfaw vittmi fl-aħħar xuhr ipparteċipaw, anke għax minn meta spiċċaw barra minn darhom, dawn baqgħu qatt ma setgħu jirritornaw lura filwaqt li numru ta’ inkjesti għadhom pendenti.

Waqt dan il-program titkellmet Janet li wkoll għadha mingħajr id-dar tagħha.

Raymond li kien ibati biz-zokkor, żdiedlu b’mod allarmanti minn meta tilef daru minħabba l-istress li għadda minnu u sfortunatament spiċċa biex tilef saqajh, xi ħaġa li waqt il-program qal li tagħha huma responsabli dawk li kissrulu dahru.

Caroline u Vincent ħelsuha ħafif hekk kif ħarġu barra sekondi qabel raw darhom tikrolla u waqt Xarabank stqarru li huma setgħu wkoll tilfu ħajjithom fi traġedja oħra li ġrat is-sena l-oħra.

Fl-aħħar jiem, il-Prim Ministru Robert Abela baqa’ jiddefendi lil Ian Borg u jisħaq li m’għandux jerfa’ xi tip ta’ responsabbiltà għal dak li ġara anke, jekk evidenti r-rabja fil-konfront tiegħu.