Malta għadha fost l-anqas pajjiżi li tinvesti fl-isport, dan fost il-pajjiżi ż-żgħar, aħseb u ara fil-kbar.
Dan ħareġ mill-programm Realtà fuq ix-Xandir tal-Istat, waqt diskussjoni fost l-oħrajn bejn il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Ryan Callus u s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.
Matul id-diskussjoni, Ryan Callus semma’ li l-Partit Nazzjonalista sa anke ppreżenta numru ta’ proposti biex is-settur sportiv jitjieb u jilħaq il-miri li suppost għandu jilħaq.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni semma’ wkoll proposta oħra tal-Partit Nazzjonalista – jiġifieri li tkun indrottota nofsiegħa attività fiżika kuljum fl-Iskejjel.
Matul il-programm ħareġ wkoll kif fil-każ tax-shooting range ġdida, intefqu b’kollox 14-il miljun ewro f’direct orders meta l-baġit allokat għall-proġett kien ta’ seba’ miljuni. Dan filwaqt li l-proġett ma sarx kollu għax la għad hemm clubhouse u lanqas gun room.
//= $special ?>