Lokali

Il-PN jipproponi eżenzjoni temporanja tal-kontijiet tar-restoranti mill-VAT

Fl-eqqel tat-tħassib madwar id-dinja dwar it-tixrid tal-COVID-19, pajjiżna jeħtieġ is-soluzzjonijiet sabiex nassiguraw li l-qasam tat-turiżmu jirkupra malajr kemm jista’ jkun.

Robert Arrigo l-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar it-Turiżmu qal l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qegħda mhux biss tikkritika fejn hu meħtieġ iżda tressaq proposti konkreti ‘l quddiem ukoll.

Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jipproponi li sal-aħħar ta’ Marzu, l-gvern għandu jeżenta l-kontijiet tar-ristoranti mill-VAT. Dan flimkien ma’ proposti oħrajn f’dan il-qasam li l-Partit Nazzjonalista qiegħed iressaq ‘l quddiem, għandu jassigura serħan il-moħħ għal din l-industrija.