Lokali

Jagħlqu n-nomini għall-elezzjonijiet każwali fid-9 u t-12-il distrett

Għalqu n-nomini għall-elezzjonijiet każwali li se jsiru fid-9 u t-12-il distrett biex jimtlew is-siġġijiet battala minn Marthese Portelli u Simon Busuttil rispettivament.

Fil-każ tad-9 distrett tefgħu n-nomina tagħhom Alan Abela-Wadge, Graziella Attard Previ, Ivan Bartolo, Roselyn Borg Knight, Albert Buttigieg, Noel Muscat u Charles Selvaggi.

Fit-12-il distrett tefgħu n-nomina Sam Abela, Simone Aquilina, Graziella Galea, David Thake u Edward Torpiano.

Iż-żewġ elezzjonijiet każwali se jsiru t-Tlieta li ġej, mid-9am, fil-Kumpless tal-Għad tal-Voti fin-Naxxar.

Ikkummenta