Futbol Sport

Jispikka d-derby ta’ Manchester fi tmiem il-ġimgħa fil-Premier League

(Ritratt: Premier League)

L-aktar konfront mistenni fi tmiem il-ġimgħa hu dak ta’ għada bejn Manchester United u Manchester City. Ir-Red Devils ġejjin minn perjodu pożittiv fil-kampjonat, b’żewġ rebħiet u żewġ draws fl-aħħar erba’ logħbiet. Huma telgħu fil-ħames post, tliet punti taħt Chelsea.

Manchester City ġejjin minn rebħa fil-League Cup kontra Aston Villa u qed iħarsu li jassiguraw it-tieni post fil-kampjonat. Huma kisbu tliet rebħiet mill-aħħar erba’ logħbiet fil-kampjonat u saħansitra għelbu lil Real Madrid fil-UEFA Champions League. Ir-Red Devils qed jimmiraw li jiksbu doppjetta fuq Manchester City għall-ewwel darba mill-istaġun 2009/2010. Fuq in-naħa l-oħra, iċ-champions Ingliżi rebħu l-aħħar tliet logħbiet fil-kampjonat f’Old Trafford u jistgħu jsiru l-ewwel tim li rebaħ erba’ logħbiet konsekuttivi f’dan l-istadium.

Telfa għal Chelsea kontra Everton tista’ tfisser li jitilfu r-raba’ post. Fl-aħħar konfront huma kienu miżmuma 2-2 minn Bournemouth filwaqt li Everton ġejjin minn draw ta’ 1-1 kontra Everton. Il-forma taż-żewġ timijiet hi totalment differenti hekk kif Chelsea kisbu biss rebħa fl-aħħar ħames logħbiet filwaqt li Everton tilfu logħba biss minn daqstant partiti. Dan se jkun ritorn għal Carlo Ancelotti fi Stamford Bridge wara li għaxar snin ilu mexxa lil Chelsea għar-rebħ tal-Premier League.

Il-leaders Liverpool għandhom jirritornaw għar-rebħ b’konfront f’Anfield kontra Bournemouth. It-tim ta’ Jurgen Klopp tilef tlieta mill-aħħar erba’ logħbiet fil-kompetizzjonijiet kollha. Għalkemm il-kampjonat hu ipotekat, mistennija reazzjoni minn Liverpool wara l-aħħar riżultati, hekk kif Liverpool kienu ilhom 36 logħba mingħajr ma jsibu x-xibka fil-kampjonat.

L-avversarji tagħhom jinsabu mal-aħħar tlieta, bi draw fl-aħħar tliet logħbiet. Għalkemm għelbu lil Chelsea u Manchester United f’dan l-istaġun, iż-żjara tagħhom f’Anfield hi totalment differenti. It-tim ta’ Eddie Howe għandu diversi logħbiet diffiċli u jinsabu fil-bżonn ta’ sorpriżi hekk kif jonqoshom sitt logħbiet kontra l-ewwel seba’ fil-klassifika.

Arsenal jilqgħu lil West Ham f’wieħed mill-konfronti bejn timijiet minn Londra. Iż-żewġ timijiet iridu l-punti għal raġuni differenti, Arsenal biex jersqu lejn post fl-Ewropa u West Ham biex jitbiegħdu mir-relegazzjoni. Il-forma tal-Gunners tjiebet minn kemm ilu Mikel Arteta fit-tmexxija tat-tim, bid-difiża ma ssofrix gowl f’sitt logħbiet minn kemm ilu fit-tmexxija. Ir-rebħa kontra Southampton fl-aħħar logħba, kienet l-ewwel waħda għal West Ham mill-Ewwel tas-Sena.

Premier League

Illum: Liverpool v Bournemouth 1.30pm, Arsenal v West Ham 4.00pm, Crystal Palace v Watford 4.00pm, Sheffield United v Norwich 4.00pm, Southampton v Newcastle 4.00pm, Wolves v Brighton 4.00pm, Burnley v Tottenham 6.30pm

Għada: Chelsea v Everton 3.00pm, Manchester United v Manchester City 5.30pm

It-Tnejn: Leicester v Aston Villa 9.00pm