Futbol Sport

Żewġ gowls fit-tieni taqsima jwittu t-triq għal rebħa Mostija

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Rapport: Luke Micallef

SANTA LUCIA……………. 1

MOSTA……………………… 2

Santa Lucia: T. Aquilina, G. Bohrer Mentz, K. Correia, A. Magri Overend (O. Elouni 80’), J. Mendoza, M. Maia, K. Ante Rosero, J. Zerafa, C. Escobar, R. Tachikawa, L. Grech (J. Walker 74’)

Mosta: A. Vella, P. Soares Gusso, G. Aquilina, T. Agius, T. Yokochi, W. Gomes, R. Morisco, E. Sohna, C. Chaney (D. Bonnici 60’), T. Farrugia, M. Muchardi

Imwissija: G. Aquilina 39’ (M), T. Aquilina 45’ (S), M. Muchardi (M) 60’, J. Mendoza 84’ (S), C. Escobar 89’ (S)

Tkeċċa: C. Escobar 90+5’ (S)

Skorjaw: M. Maia 31’ (S), D. Bonnici 61’, T. Yokochi 80’ (M)

Referee: Glen Tonna

Assistenti Referees: Luke Portelli, Mark Ciantar

Il-mument Plejer tal-logħba: Maxuell Maia (Santa Lucia)

BOV Plejer tal-logħba: Maxuell Maia (Santa Lucia)

Mosta dawru telfa f’rebħa b’żewġ gowls fit-tieni taqsima. Fil-logħba tal-ewwel rawnd bejn dawn iż-żewġ timijiet, kien it-tim Mosti li ħa tliet punti b’gowl waħdieni ta’ Momodou Jallow. Fl-aħħar ħarġa tagħhom fil-Kampjonat Premier, kemm Santa Lucia kif ukoll Mosta kienu ġejjin minn rebħa kontra Senglea u Ħamrun rispettivament.

Fl-ewwel taqsima l-Mostin kellhom aktar pussess tal-ballun, iżda t-tim minn Santa Luċija skorja l-uniku gowl tat-taqsima fil-31 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras fil-baxx u mill-viċin ta’ MAXUELL MAIA li tefa’ wara Andreas Vella, wara li rċieva minn kross tajjeb mil-lemin ta’ Leighton Grech. Din kienet l-unika azzjoni denja ta’ nota minn Santa Lucia fl-ewwel 45 minuta.

Fis-17-il minuta, xutt dirett minn free-kick ta’ Christian Eric Chaney għadda għoli. Żewġ minuti wara minn free-kick ta’ Takanori Yokochi, Timothy Aquilina kien attent u tajjar il-periklu. Viċin tmiem it-taqsima, fl-44 minuta, Matias Muchardi għadda l-ballun lejn Chaney, bix-xutt b’saħħtu tiegħu għadda barra. Fl-aħħar azzjoni, Kevin Ante Rosero għadda kross fin-nofs li sab lil Maia, iżda tal-aħħar spara għoli.

It-tim minn Santa Luċija ħareġ aktar b’saħħtu fit-tieni taqsima. Fid-49 minuta, Grech għadda kross lil Maia li bir-ras xeħet mal-ġenb tax-xibka. Iżda fil-61 minuta kienu l-Mostin li skorjaw. Is-sostitut DUANE BONNICI, li kien ilu fil-grawnd ftit sekondi ġab il-gowl tad-draw għal Mosta. Huwa rċieva mingħand Yokochi, u bla ebda diffikultà għeleb lil Aquilina.

Għaxar minuti wara Bonnici reġa’ kien perikoluż, hekk kif seraq il-ballun mid-difiża ta’ Santa Lucia viċin nofs il-grawnd, avvanza sew bil-ballun, iżda Kevin Correia laħħaq ma’ Bonnici u b’mod tajjeb tajjar il-ballun mill-periklu. Għaxar minuti mit-tmiem, Mosta skorjaw it-tieni gowl. Minn kross fil-baxx ta’ Bonnici, TAKANORI YOKOCHI tefa’ wara Aquilina mill-viċin. Mosta kkontrollaw il-partita sat-tisfira finali. B’hekk Mosta issa għandhom 28 punt, filwaqt li Santa Lucia baqgħu bi 23 punt.