Ekonomija Lokali Saħħa Turiżmu

Abela u Fearne mhux jaqblu dwar it-titjiriet mill-Italja – rapporti

Rapport fil-faċċata tal-gazzetta MaltaToday jindika li l-Prim Ministru Robert Abela qed jagħmel pressjoni sabiex ma jitwaqqfux it-titjiriet mill-Italja. Dan minkejja li diversi provinċji u r-reġjun sħiħ tal-Lombardia jinsabu taħt lockdown.

Il-gazzetta qed tindika li l-kwistjoni tal-flights mill-Italja ġiet diskussa fil-livell ta’ Kabinett, fejn kien evidenti n-nuqqas ta’ qbil bejn Chris Fearne u Robert Abela.

L-Assoċjazzjoni tat-Tobba Maltin (MAM) ilha aktar minn ġimgħa tinsisti biex jitwaqqfu t-titjiriet, partikolarment dawk minn Bergamo fil-Lombardia. Is-sitwazzjoni kompliet tigrava hekk kif ilbieraħ il-Gvern Taljan impona restrizzjoni fuq il-moviment ta’ nies minn dan ir-reġjun.

Jidher li fil-Kabinett il-Prim Ministru insista li se jġorr hu r-responsabbilta’ li jżomm il-flights ġejjin lejn Malta. Chris Fearne b’mod qawwi ma qabilx ma din id-deċiżjoni, kif irrappurtat il-MaltaToday.