Lokali

Anzjan ferut wara ħabta fil-bypass tas-Siġġiewi

Raġel ta’ 83 sena ttieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident fis-Siġġiewi lbieraħ bil-lejl

Jidher illi l-anzjan, li hu residenti l-Imqabba, kien qed isuq vettura tal-għamla Toyota Vitz meta għal xi raġuni tilef il-kontrol u ħabat f’parapett ta’ residenza privata.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:20pm fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett.