Lokali

Caruana Galizia onorata f’Jum il-Mara

L-għaqdiet non-governattivi Repubblika u Occupy Justice llum fakkru l-memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia propju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara. Dan hekk kif fi Pjazza Tritoni, tpoġġa’ strixxun bir-ritratt ta’ Caruana galizia bil-kliem ‘Invicta’.

Din l-azzjoni saret bi protesta kontra d-deċiżjoni tal-Gvern li jagħti prominenza lil 12-il mara li ddistingwew ruħhom fis-soċjetà Maltija u lill hinn.

“Filwaqt li ma rridu nnaqsu xejn minn dak dovut lil dawn it-12-il persuna li tagħhom ittellgħu l-posters hawnhekk, nistgħu ngħidu b’konvinzjoni li filwaqt li dawn għamlu isem fil-qasam speċifiku tagħhom, Daphne ddominat ix-xena ġurnalistika, politika u soċjali fis-sens wiesgħa tal-kelma.”