Sport Sport Ieħor

Corky Ramirez bit-tielet rebħa konsekuttiva fil-finali Gold

(Ritratt: Malta Horse Racing)

Rapport: Kenneth Vella

Misjuq minn Paul Galea, l-Iżvediż Corky Ramirez rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret illum fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m u li għamlet parti mill-għaxar laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Noel Baldacchino temm l-aħjar sewwieq bi tliet rebħiet.

Tnax-il żiemel ħadu sehem fil-finali Gold. Matul l-ewwel metri, l-ewwel pożizzjoni alternat bejn numru ta’ żwiemel sakemm dawra mit-tmiem kien Michael Ellul li mar quddiem bl-Iżvediża Foxy Brown. Madankollu din ċediet ukoll madwar 400 metru mit-tmiem u nqabżet minn xi żwiemel. Eventwalment fid-dritta finali t-tiġrija żviluppat fi dwell bejn Corky Ramirez (Paul Galea) u Vent Du Der (Rodney Gatt). Kien tal-ewwel li rreġistra t-tielet rebħa konsekuttiva b’Janske (Charles Camilleri) u Aragorn De Buliere (Andrew Farrugia) ikollhom ukoll pjazzament pożittiv.

Fi tmiem din il-finali, is-Sur Andrew Grech, f’isem l-isponsors, ippremja lil David Borg u Paul Galea, is-sid u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieħ. Dan fil-preżenza ta’ Joe Zerafa, Direttur Eżekuttiv fi ħdan il-kunsill tal-Malta Racing Club. Ta’ min wieħed jinnota li din kienet l-ewwel finali mirbuħa minn Paul Galea fil-karriera tiegħu.

Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Fiha kien il-Franċiż Up And Go (Noel Baldacchino) li ħa l-ewwel rebħa staġjonali wara li żied il-pass fuq in-naħa ta’ barra 500 metru mit-tmiem. Avrik De Guez (Carmelo Farrugia), Okay Dei Ronchi (Jean Claude Pace) u Axel Tilly (Charles Degiorgio) kellhom ukoll prestazzjoni tajba.

Fl-uniku tiġrija tal-klassi Gold, id-Daniż Trust Boom Bay (Noel Baldacchino) li kien għal ħafna metri quddiem, ċeda kollox meta l-ewwel żwiemel daru għad-dritta finali. Hu nqabeż minn Amoy Des Dimes (Marco Debono) li ħa l-ewwel rebħa fi xtutna quddiem id-debuttant Brave Atout (Michael Ellul) u Ramon Dekkers (Clifferty Calleja). Aruna Des Jacquets (Clint Vassallo) daħal warajhom f’dik l-ordni.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Dino Josselyn (G. Garzia) Ħin – 3.26.6” (1.18.2”) 2. Echo De Chanteins (J. Gafa’) 3. Flexy Vert (D. Casha) 4. Feline Pan (M. Ellul)

II Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Panda Des Fleches (C. Magri) Ħin – 3.29.9” (1.19.5”) 2. Ukase Du Ravary (N. Baldacchino) 3. Svennes Neon (J. Scerri) 4. Tiger Breed (A. C. Zahra)

III Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Dollar Du Bocage (N. Baldacchino) Ħin – 3.23.2” (1.17”) 2. Design Ribb (M. Spiteri) 3. Quattro Lane (J. Scerri) 4. Friendly Mood (J.P. Vassallo)

IV Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Uveo Du Maza (R. Gatt) Ħin – 3.25.1” (1.17.7”) 2. Mystic Accident (M. Ellul) 3. Vasterbo Cheers (N. Baldacchino) 4. Viking Du Sarthon (M. Debono)

V Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Amoy Des Dimes (M. Debono) Ħin – 3.22.6” (1.16.7”) 2. Brave Atout (M. Ellul) 3. Ramon Dekkers (C. Calleja) 4. Aruna Des Jacquets (C. Vassallo)

VI Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Bellina De L’Odon (K. Gialanzè) Ħin – 3.24.8” (1.17.6”) 2. Calissa Rich (C. Camilleri) 3. Baldi Prior (N. Baldacchino) 4. Delicious Charm (M. Seguna)

VII Tiġrija Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Corky Ramirez (P. Galea) Ħin – 2.39” (1.14.3”) 2. Vent Du Der (R. Gatt) 3. Janske (C. Camilleri) 4. Aragorn De Buliere (A. Farrugia)

VIII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Up And Go (N. Baldacchino) Ħin – 3.18.5” (1.15.2”) 2. Avrik De Guez (C. Farrugia) 3. Okay Dei Ronchi (J.C. Pace) 4. Axel Tilly (C. Degiorgio)

IX Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Village Natal (N. Baldacchino) Ħin – 3.23.5” (1.17.1”) 2. Albatros Rainbow (M. Ellul) 3. Tenor Du Passage (C. Farrugia) 4. Suro Du Cornillet (C. Camilleri)