Internazzjonali

CORONAVIRUS: Eżodu ta’ nies mil-Lombardia; id-Digriet tal-Gvern Taljan joħloq paniku

Il-ġurnali Taljani qed jiddeskrivu dak li seħħ is-Sibt bil-lejl bħala “wieħed mill-aktar iljieli drammatiċi fl-istorja tar-Repubblika Taljana” – ħafna qed jirreferu għal dak li seħħ bil-frażi “il-ħarba l-kbira”.

Fil-fatt, eluf ta’ Taljani ilbieraħ bil-lejl iddeċidew li jerħula lejn Ruma u Napli sabiex jaħarbu mir-restrizzjoni li impona l-Prim Ministru Conte fuq ir-reġjun tal-Lombardia. Oħrajn, litteralment ħarbu bil-karozzi privati tagħhom lejn zoni fejn għandhom qraba jgħixu.

Id-Digriet ta’ Conte għamel restrizzjoni fuq in-nies biex la jidħlu u lanqas joħorġu mil-Lombardia. Affetwati ukoll 14-il provinċja oħra.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret matul il-lejl, Giuseppe Conte qal li se jkun qed jerfa’ hu r-responsabbiltà politika għal din l-azzjoni li ttieħdet.

Bir-regoli l-ġodda, lanqas jistgħu isiru funerali u tiġijiet. Restrizzjoni anke fuq swali taċ-ċinema, mużewijiet u teatri. Bars u restornati jibqgħu miftuħin biss sas-6pm.