Lokali

Għandna nassiguraw li pajjiżna jkollu livell għoli ta’ iġjene speċjalment f’postijiet turistiċi

Il-Gvern huwa fid-dover li jagħmel dak li huwa meħtieġ sabiex jippreveni t-tifrix tal-COVID-19, kif ukoll iserraħ moħħ il-poplu li jaċċerta stabbiltà fis-settur tat-turiżmu.

Fi stqarrija maħruġa mill-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar it-Turiżmu Robert Arrigo, il-Partit Nazzjonalista saħaq li huwa importanti li l-Gvern jindirizza dan it-tħassib billi jiżgura aktar minn qatt qabel l-indafa fil-pajjiż, speċjalment f’inħawi li jattiraw numru kbir ta’ turisti.

Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-awtoritajiet sabiex kemm jista’ jkun malajr jara li ssir tindifa ġenerali f’dawn iż-żoni.