Formula 1 Sport

Il-Grand Prix tal-Bahrain se ssir mingħajr spettaturi

(Ritratt: EPA)

Il-Grand Prix tal-Bahrain se ssir mingħajr partitarji preżenti minħabba t-tħassib dwar it-tixrid tal-coronavirus. It-tellieqa għandha ssir il-Ħadd 22 ta’ Marzu, ġimgħa wara li jiftaħ l-istaġun b’mod uffiċjali fl-Awstralja. Iżda minħabba l-każijiet ta’ dan il-virus li qed ikomplu jiżdiedu fil-pajjiżi tal-Golf, l-organizzaturi tat-tellieqa qalu li għal din is-sena t-tellieqa se tkun biss avveniment televiżiv.

Fi stqarrija ntqal li wara konsultazzjoni mas-sħab internazzjonali kif ukoll mal-awtoritajiet tas-saħħa fil-pajjiż, ittieħdet id-deċiżjoni li f’din it-tellieqa tkun miftuħa biss għat-timijiet parteċipanti. Huma qalu li minħabba li dan l-avveniment hu miftuħ għall-pubbliku kollu, iwassal għal diversi vjaġġi internazzjonali u jħossu li bit-tixrid tal-kontinwu tal-coronavirus ma tkunx imħarsa s-saħħa tad-dilettanti madwar id-dinja u dawk lokali. Huma komplew li minħabba s-sapport globali, it-tellieqa se ssir normali biex jonqos impatt.

L-istqarrija żiedet mal-azzjonijiet tal-pajjiż li jidentifika u jiżola l-każijiet individwali, xi ħaġa li sa issa ħadmet. “Aħna nafu kemm hemm min hu diżappuntat b’din l-aħbar speċjalment għal dawk li kienu qed jippjanaw li jivvjaġġaw għal dan l-avveniment li sar importanti fil-kalendarju internazzjonali, imma s-sigurtà għandha tibqa’ l-prijorità tagħna,” temmet l-istqarrija. L-ewwel Grand Prix tal-ġimgħa d-dieħla f’Melbourne Park fl-Awstralja sa issa se ssir b’mod normali bl-ispettaturi.