Sport

Il-Kampjonat Ewropew tal-8 Ball u Lisa Marie Bezzina fit-18-il programm

Illum fil-4.50pm fuq Net Television jixxandar it-18-il programm Sport Extra. L-ewwel parti hi dedikata għall-Kampjonat Ewropew 8 Ball tal-Pool li sar dan l-aħħar f’pajjiżna. Id-dettalji u intervista mas-Segretarju Ġenerali tal-Malta Pool Association Vincent Degiorgio, flimkien ma’ filmati mal-istess kompetizzjoni.

Fit-tieni parti tal-programm, it-tema prinċipali se tkun l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali fejn jingħata bidu għas-serje ta’ intervisti mar-rebbieħa f’din l-edizzjoni. L-ewwel intervista hi mar-rebbieħa tal-Isportiva tas-Sena Lisa Marie Bezzina.

Fil-programm, servizz interessanti li jiġbor fih dak li seħħ matul is-60 sena tal-Isportivi Nazzjonali u kif dawn l-Għażliet żviluppaw. Sport Extra għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’filmati minn Michael Farrugia u Bernie Dimech, b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri.