Lokali Saħħa

AĠĠORNATA: L-ebda każ ġdid ta’ coronavirus f’Malta

It-testijiet kollha rriżultaw fin-negattiv

Minn informazzjoni li għandu netnews jidher li t-testijiet kollha għall-coronavirus li saru bejn ilbieraħ u llum kollha rriżultaw fin-negattiv. Dan hekk kif f’temp ta’ madwar 24 siegħa saru iktar minn 25 swab, filwaqt li s’issa b’kollox saru total ta’ 525 test.

Intant, it-tliet persuni li rriżultaw pożittiv għall-Coronavirus, fosthom tifla ta’ tnax-il sena, kollha jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba.

Minn għada dawk kollha li jżuru ċ-Ċentri tas-Saħħa kif ukoll l-Emerġenza se jkun qed isirilhom screening bħala prekawzjoni.