Lokali Qorti

Iwieġeb mhux ħati li wettaq att ta’ natura sesswali fuq mara

Mohammed Waqas Ali, ta’ 39 sena mwieled il-Pakistan ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li s-Sibt li għadda wettaq att ta’ natura sesswali Maria Jesus Santos Ferrante, Spanjola ta’ 36 sena.

Fil-Qorti d-difiża qalet li l-akkużat kien xurban fi club u għalhekk ma jiftakarx li għamel avvanzi sesswali fuq din il-mara.

L-Ispettur Joseph Xerri qal li għalkemmil-mara marret lura pajjiżha, lesta tiġi lura tixhed meta hemm bżonn.

Il-Maġistrat ordnat li Ali jingħata l-ħelsien mill-arrest fuq għadd ta’ kundizzjonijiet, fosthom li jiffirma l-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa filwaqt li u jrid jibqa’ fir-residenza tiegħu mis-sagħtejn sat-tmienja ta’ filgħodu.