Ġuvni ta’ 30 sena mill-Ġżira nżamm arrestat hekk kif kien akkuzat li nhar is-Sibt li għadda u kif ukoll fis-7 ta’ Diċembru ikkaġuna kkaġuna feriti ta’ natura gravi fuq Deborah Sheehan. Dan filwaqt li żammha kontra r-rieda tagħha u għamel ħsara fuq il-mobile tal-istess persuna. Tali inċidenti seħħew fil-Floriana, il-Gżira u postijiet oħra.
Darren Grech jinsab akkużat ukoll li wettaq ir-reat waqt perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u fuq talba tal-prosekuzzjoni ħatret lil Dr Mario Scerri biex jeżamina l-feriti ta’ Deborah Sheehan li għadha qed tinżamm l-isptar għal iktar kura.
//= $special ?>