Lokali

JUM IL-MARA: Apprezzament għar-rwol tan-nisa fis-soċjetà tal-lum

"In-nisa jridu jkunu fuq quddiem nett biex ibiddlu s-soċjetà tagħna" - Adrian Delia

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista saret diskussjoni ma’ nisa minn diversi setturi tal-ħajja

Il-Kap tal-PN Adrian Delia fakkar fil-memorja ta’ diversi nisa li fl-aħħar snin sfaw vittmi ta’ abbużi u vjolenza domestika. Adrian Delia saħaq li huwa importanti li l-politika ma ssirx biss fil-policies tagħna imma tkun politika li taffettwa l-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Fil-bidu tal-laqgħa nżammet minuta silenzju b’memorja għal Miriam Pace li nqatlet taħt it-tifrik ta’ dahra stess iktar kmieni din il-ġimgħa.

Waqt din id-diskussjoni, diversi nisa minn oqsma differenti tas-soċjetà qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ dawk preżenti.

Fil-ħajja kulħadd jista’ jagħmel suċċess… anki dawk li jkunu għaddew mill-imrar. Dawn jistgħu jirnexxu biss jekk ifittxu l-għajnuna tal-professjonisti u dawk li jagħtuhom l-imħabba.

Saħqet dan Ruth Galea Pace, intraprenditriċi, omm u miżżewġa li salvat mill-vjolenza domestika li tat it-testimonjanza tagħha f’din l-attività.

Min-naħa tiegħu Adrian Delia qal li l-kuraġġ ta’ din il-mara m’għandux kliem biżżejjed ta’ apprezzament… dak li qasmet magħna din il-mara għandu jkun ta’ motivazzjoni għal ħafna nisa li qegħdin f’din is-sitwazzjoni llum. Il-vjolenza domestika hija aggravata biċ-ċirkostanzi tal-familja fejn id-dar li suppost huwa l-post fejn wieħed imur għall-kenn… spiċċa post ta’ biżgħa.

L-Editor-in-Chief ta’ Newsbook Sylvana Debono tkellmet dwar is-soċjetà li qed jgħixu fiha n-nisa llum il-ġurnata. Fejn iktar ma’ jgħaddi ż-żmien iktar qed tara l-inugwaljanza tikber. Hi saħqet li taħdem f’entità mmexxija mill-irġiel iżda ħadd ma jħares lejha għax hi mara iżda għax jemmnu fil-kapaċitajiet tagħha.

Adrian Delia qal li huwa importanti li mill-iskejjel tagħna nrawmu s-sens li l-abbiltà tal-persuna hija importanti immens…. fejn il-persuna għandha tkun iċ-ċentru tal-politika.

Alessia Psaila Zammit li sservi fuq il-kumitat tekniku tal-Gvern dwar il-mekkaniżmu tan-nisa fil-Parlament, Minority Leader fil-lokalità tas-Siġġiewi u omm, sostniet li temmen fil-mara bl-azzjonijiet tagħha li tgħix ta’ kuljum u mhux bil-kliem biss. Jekk il-mara kapaċi, għandha bżonn il-mekkaniżmi… id-dinja għandha bżonn il-mekkaniżmi għaliex mhux tħalli lill-mara tilħaq il-milja tagħha. Alessia Psaila Zammit qalet li se tibqa’ mara b’vuċi soda li n-nisa kollha jkollhom l-opportunitjiaejit biex jimxu ‘l quddiem fis-soċjetà u jilħqu l-milja tagħhom.

Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet li għandna Gvern li għal Jum il-Mara se jtina rigal importanti… se jiftaħ il-prostituzzjoni.

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Francis Zammit Dimech beda billi rringrazzja lin-nies kollha li qasmu l-esperjenzi tagħhom waqt din l-attivita. Huwa saħaq li llum qegħdin f’sitwazzjoni fejn irridu nikkoreġu s-sistema ta’ pajjiżna fejn m’hemmx biżżejjed nisa fil-Parlament Malti. Enfasizza fuq oppotunitajiet iktar ugwali għan-nisa fuq il-pos tax-xogħol u anke fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

Huwa saħaq li kien il-PN li ħadem fil-qasam tal-edukazzjoni fejn tidħol l-ugwaljanza, fil-qasam tal-liġi tal-familja, filwaqt li introduċejna l-emenda għall-kostituzzjoni biex ma jkollokx diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess.

Adrain Delia efasizza fuq il-valur imputat għal dak li tagħmel il-mara tad-dar. Il-mara tad-dar tagħmel xogħol importanti ferm fis-soċjetà tagħna.. hija r-ruħ tad-dar u xorta għandha valur…. dan għandna ntuh iktar saħħa u rikonoxximent.

Huwa importanti li fil-Parlament ikun hemm iktar nisa sabie  ikun hemm perspettiva differenti.. ikun hemm valur intrinsiku

Adrian Delia sostna li għandna Gvern li ħareġ jitkellem fuq il-liġi tal-prostituzzjoni – fejn diversi NGO’s qalulu biex ma jbiddilx lil Malta f’mekka ta’ turiżmu sesswali – għalih il-mara hija prodott – il-Labour irid lill-mara li tkun użata.

 Il-Kap tal-PN temm jgħid li rridu nieħdu d-deċiżjonijiet kollha sabiex il-mara tkun iktar inkluża fis-soċjeta. Irridu nagħmlu t-tibdil kollu li hemm bżonn biex inħajru aktar nisa jidħlu fil-Parlament biex b’hekk ikunu s-saħħa u l-forza għall-bidla.