Edukazzjoni Lokali

Jum il-Mara iċċelebrat fl-iskola Our Lady Immaculate

Numru ta’ professjonisti nisa li għamlu suċċess f’setturi differenti il-Ġimgħa qasmu l-esperjenza tagħhom mal-istudenti tal-iskola tal-bniet ‘Our Lady Immaculate’ fil-Ħamrun.

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, Membri Parlamentari Ewropej, Inġiniera, Social Worker, Veterinarju, Maġġur mal-Armata, Għalliema, Service Manager mas-Segretarjat tal-Iskejjel tal-Knisja, Mudella u eks Miss Malta, Awtriċi, Pilota u Sindku, u Area Manager ma’ Kumpanija Internazzjonali qattgħu ftit ħin f’kull klassi tas-sekondarja.

L-istudenti ingħataw informazzjoni dwar karrieri, l-istudju marbut mal-karriera u prospetti ta’ xogħol fuq livell nazzjonali u internazzjonali.

Matul is-sena, l-iskola torganizza numru ta’ attivitajiet bil-għan li jrawwmu fl-istudenti l-imħabba għat-tagħlim u jwessgħu l-għarfien tagħhom dwar id-dinja ta’ madwarhom.