Lokali Saħħa Transport Turiżmu

L-AirMalta twaqqaf xi titjiriet; tar-Ryanair sa issa għadhom skedati

Laqgħa urġenti imsejjħa mit-tobba t-Tnejn fit-8am

Jidher li l-linja nazzjonali tal-ajru l-AirMalta se tkun qed tissospendi temporanjament it-titjira lejn l-ajruport ta’ Linate f’Milan. Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa, il-Gvern Taljan impona lockdown fuq il-moviment tan-nies minħabba s-sitwazzjoni delikata marbuta mal-Coronavirus.

Il-Gvern Malti ilu ġimgħat sħaħ jirċievi appelli ripetuti biex jieħu azzjoni. Iżda sal-lum stess, il-Prim Ministru Robert Abela ma deherx konvint li dan il-pass kien neċessarju. U kien għalhekk li l-AirMalta, minkejja n-nuqqas ta’ direzzjoni minn naħa tal-Gvern, ħadet dan il-pass kuraġġuż iżda importanti.

Anke l-kumpanija Alitalia ħabbret li ssospendiet xi titjiriet.

Fejn jidħlu t-titjiriet tal-linja Ryanair lejn in-naħa ta’ fuq tal-Italja, dawn (sa issa) għadhom jidhru li se jsiru xorta waħda.

Fl-ambitu ta’ dawn l-iżviluppi kollha, l-Assoċjazzjoni tat-Tobba (MAM) sejjħet laqgħa urġenti għat-Tnejn filgħodu.

Is-Sibt f’pajjiżna kienu konfermati l-ewwel 3 każijiet ta’ Coronavirus.

Fl-Italja, in-numru ta’ vittmi mill-Covid-19 tela’ għal 366 persuna. B’kollox huma 6,387 dawk li fl-Italja irriżultaw pożittivi għal din l-influwenza.

Il-President tal-MAM Martin Balzan