Id-diskussjoni tal-Partit Nazzjonalista organizzata għal Jum il-Mara kienet indirizzata ukoll mill-Editor-in-Chief ta’ Newsbook, Sylvana Debono, li fiha tkellmet dwar soċjeta Maltija li fiha l-mara tara l-inugwaljanzi dejjem jikbru u għalhekk il-mara jkollha tistaqsi meta se jkun imissha li tiġi ddiskriminata.
Debono lissnet dan it-tħassib għaliex fis-soċjetà hawn nies li b’għemilhom jindukraw l-inugwaljanza u l-esklużjoni fis-soċjetà, probabbilment influwenzati bil-politika ħarxa leminija Ewropea tal-esklużjoni li qiegħda tgħolli rasha mhux ħażin u tipperikola l-inklużjoni l-aktar bażika tal-ġeneri. Dan f’ambjent politika ddominat minn inugwaljanza politika b’rappreżentanza parlamentari dgħajfa tal-mara kemm fuq livell lokali u anki livell Ewropew.
L-Editor-in-Chief ta’ Newsbook saħqet li l-mara għandha mhux biss ikollha d-dritt li tiddefendi d-drittijiet tagħha iżda anki tal-ħajja tat-tarbija li se titwieled sa mit-tnissil tagħha. “Kif tista’ tipproteġi annimali jew speċi u ma tipproteġix l-umanità ukoll?”
Sylvana Debono qalet li hija taħdem f’entità ddominata mill-irġiel iżda ħadd ma jħares lejha għax hija mara iżda għaliex jemmnu fil-kapaċitajiet tagħha. Huwa għalhekk li kull mara tista’ ssib in-niċċa żgħira tagħha, anki fil-politika, u flimkien jiżirgħu żerriegħa ta’ soċjetà aktar ugwali u ġusta.
//= $special ?>