Lokali

Solidarjetà mal-poplu Tuneżin

Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad mal-poplu Tuneżin u jikkundanna l-attakk terroristiku li seħħ ftit sigħat ilu fil-belt kapitali tal-pajjiż ġahar tagħna t-Tuneżija. 

Dan saħquh il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Mifsud Bonnici flimkien mas-Segretarja Internazzjonali tal-PN Roslyn Borg Knight fejn spjegaw li dak li seħħ viċin l-Ambaxxata tal-Istati Uniti tal-Amerika, meta żewġ terroristi wettqu attakk, huwa mill-aktar vili u mmirat biex jagħmel ħsara lil stat demokratiku li qiegħed jissoda iktar. 

Propju għalhekk f’dan il-mument il-Partit Nazzjonalista jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-poplu Tuneżin konvint li t-triq demokratika tiegħu se tibqa’ għaddejja ‘l quddiem.