Lokali

”All of my love” għall-Olanda

All of my love’ – l-isem tal-kanzunetta li biha Malta ser tipparteċipa fil-Eurovision Song Contest.

It-tnejn filgħaxija ġie mniehdi l-vidjo mużikali u d-diska li l-kantanta Destiny ser tkun qed tinterpreta f’Mejju li ġej f’Rotterdam l-Olanda .

Destiny Chukunyere hija t-tieni kantanta li rebħet l-X Factor Malta li ttella’ għat-tieni darba din is-sena fejn mill-bidu tal-kompetizzjoni saħħret lill-ġurija  kif ukoll lil Maltin u Għawdxin.

Destiny hija wiċċ rinomat fix-xena mużikali Maltija hekk kif ta’ sa minn età żgħira diġà kisbet diversi suċċessi. Lura fl-2015 hija rebħet il-Junior Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Not My Soul filwaqt li fl-2017 għamlitha sas-semi finali ta’ Brittian’s Got Talent. Iżda wara dawn l-esperjenzi, din it-tfalja żagħżugħa kompliet tikber u ssaħħaħ il-vuċi impekkabbli tagħha.

Fil-jiem li ġejjin Destiny mistennija tkompli bil-ħidma tagħha fi triqitha lejn l-Olanda .