Lokali Saħħa

CORONAVIRUS: 15-il test li saru matul il-lejl, kollha rriżultaw fin-negattiv

Net News jista’ jikkonferma li matul il-lejl li għadda, il-professjonisti f’Mater Dei wettqu 15-il test ieħor għall-Coronavirus illi kollha rriżultaw fin-negattiv.

Bħalissa l-awtoritajiet tas-saħħa qed jitrattaw 3 każijiet ta’ Coronavirus, li kollha jinsabu f’iżolament.

Dalgħodu, intant, qed issir laqgħa urġenti għat-tobba imsejjħa mill-MAM.

Aktar tard, se ssir konferenza tal-aħbarijiet mill-infermiera.

Dan is-sit daħlitlu informazzjoni li f’ċertu polikliniċi għadu ma bediex l-iscreening li suppost beda minn dalgħodu.

IMPORTANTI: Min ikollu xi diffikultà dwar il-Covid-19 jista’ jikkuntatja l-linja ta’ emerġenza 111