Lokali Saħħa

FIĊ-ĊENTRI TAS-SAĦĦA: L-iscreening qed isir permezz ta’ mistoqsijiet

Persuni li tkellmu magħna qalulna li fiċ-Ċentri tas-Saħħa l-unika screening li qiegħed isir huwa li jsaqsuk numru ta’ domandi. Dan hekk kif ilbieraħ tħabbar li mil-lum dawk kollha li jżuru ċ-Ċentri tas-Saħħa kif ukoll l-Emerġenza se jkun qed isirilhom screening bħala prekawzjoni.

Dalgħodu infatti ġew rappurtati numri mdaqqsa ta’ kju fil-polikliniċi li jinsabu mxerrda ma’ Malta u Għawdex.

Jidher li dalgħodu wkoll fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid kien hemm ukoll mumenti ta’ ansjetà minħabba li numru ta’ infermieri sabu problemi fil-proċess waqt li kienu qed jagħmlu dawn il-mistoqsijiet.

F’dak ta’ Ħal Qormi kien hemm kju mdaqqas ġmielu, b’rapporti mill-post li f’waqtiet kien hemm mumenti ta’ paniku fost il-pazjenti. Kju twil ukoll kien evidenti barra ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira.

Dalgħodu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira