Lokali Saħħa Transport Turiżmu

Ikkanċellati 278 titjira lejn Malta

Seba’ linji tal-ajru diġà kkanċellaw 278 titjira mill-Italja u postijiet oħra minħabba l-Coronavirus.

Skont it-Times of Malta, il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport ta’ Malta stqarr li l-Coronavirus qed jittestja it-turiżmu u l-avjazzjoni madwar id-dinja.

Hu kompla jgħid kif l-aħħar ġimgħa ta’ Frar tat togħma żgħira ta’ dak li mistenni jiġri fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fix-xahrejn li ġejjin li mistennija jkunu xahrejn ta’ sfida.

Sal-lum, seba’ linji tal-ajru kkanċellaw 278 titjira mill-Italja u postijiet oħra.

Intant, l-AirMalta u r-Ryanair ħabbru l-kanċellazzjoni immedjata tat-titjiriet minn Milan u Bergamo fl-Italja. Kelliem għall-MIA, meta kkuntattjat mit-Times of Malta, qal li l-kumpanija ma setgħetx tiżvela minnufih liema linji tal-ajru oħrajn kkanċellaw it-titjiriet.

Alan Borg kien kwotat jgħid li l-enfasi tal-kumpanija hija is-sigurtà tal-impjegati u tal-pubbliku.

Ikkummenta