Lokali Parlament

Il-Gvern ma semgħax mill-pariri tal-Oppożizzjoni

– Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li qabel sħħet it-traġedja f’Santa Venera, il-gvern ma semgħax mill-proposti tal-Oppożizzjoni u ma daħħalx ir-regolamenti porposti.

Toni Bezzina ta l-kondoljanzi lill-familjari ta’ Miriam Pace, mara, omm u bint li sfortunatament tilfet ħajjitha meta kienet għall-affari tagħha f’darha.

Hu rringrazzja lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili, lill-pulizija, paramediċi u uffiċjali ta’ Transport Malta tal-ħidma sfieqa tagħhom meta inqala’ dan l-inċident.

Hu qal li fi Frar 2013 ħareġ Avviz Legali Nru.72 tal-2013 li kien l-bidu għar-regolamentazzjoni tal-industrija tal-bini.

Fit-13 ta’ Ġunju 2019, wara li nqalgħu tlett inċidenti kbar infila fejn kien involut tiġrif ta’ bini, il-Gvern kien iddeċieda li jwaqqaf x-xogħol kollu tal-kostruzzjoni.

Kienet deċiżjoni li fiha l-Oppozizzjoni Nazzjonalista tat l-appoġġ kollu lill-gvern bi tlett kundizjonijiet prinċipali; li jitfasslu regolamenti ġodda li b’mod serju u ħolistiku jirregolaw l-industrija tal-bini; li jsir liċenzjar u ċertifikazzjoni tal-persuni li jipprovdu servizzi relatati ma’ din l-industrija u li jsir investiment mill-vvern biex jiżdied kemm l-għarfien kif wkoll l-infurzar neċessarju dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Bejn it-18 u 22 ta’ Ġunju 2019 sar perjodu ta’ konsultazzjoni u fi tmiemu l-Oppożizzjoni għamlet 12-il suħħeriment lill-Gvern, fosthom li din il-materja kellha tingħata l-attenzjoni neċessarja mill-gvern ferm qabel ma nqalgħu dawn l-incidenti; li l-konsultazzjoni pubblika kienet waħda fragmentata minflok waħda ħolistika; li kien hemm nuqqas ta’ infurzar u għalekk il-liġi kienet ser tibqa’ fuq biss il-karta; li kien hemm nuqqas ta’ reġistru tal-kuntratturi li fih tkun ikklassifikata il-kompetenza u ħila tal-kuntratturi kif wkoll s-servizzi li jistgħu joffru; li jiġi pprovdut taħriġ adekwat lil kull min hu involut f’din l-industrija u li kull min hu nvolut fl-industrija tal-bini jrid jkollu il-ħiliet u liċenzji neċessarji.

Proposti oħra kienu li jkun hemm għarfien u infurzar dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq siti tal-kostruzzjoni; li l-BRO tissaħħaħ biex jkun hemm l-infurzar kollu necessarju billi jiżdiedu r-riżorsi, jiżdied il-budget u jiżdiedu l-faċilitajiet.

Il-PN ppropona wkoll li ssir il-konsultazjoni neċessarja mal-MCAST u l-Università ta’ Malta biex jiġu stabbiliti l-kwalifiki rekwiżiti biex persuna tkun tista’ tieħu r-rwol ta’ manager tas-sit; li għalkemm l-introduzzjoni tal-geotechnical design report u l-appraisal strutturali kienu inizjattivi tajbin, kellu jinżamm Geographical Survey ta’ pajjiżna b’ mod aġġornat u dettaljat; li kellu jingħata appoġġ lil dawk milquta fejn dawn jingħataw l-għajnuna kemm psikolġika kif wkoll dik materjali b’mod immedjat u mhux jitħallew għal xhur jekk mhux snin għal riħom; li l-Awtorità tal-Bini (BCA) għandha taħdem b’mod effettiv u tajjeb u fiha, apparti li jkun hemm rappreżentanti tal-istake holders kollha involuti fl-industrija tal-bini, jkun hemm wkoll rapreżentanti taċ-ċittadini.

Toni Bezzina kompla li l-Gvern naqas li jieħu dawn il-proposti on-board biex filwaqt li l-industrija tal-bini tkun tista’ tiffunzjona, fl-istess ħin ir-residenti biswit siti ta’ kostruzzjoni jkunu jistgħu jgħixu f’ darhom b’moħħhom mistrieħ u bla biża’.

Il-PN ma kienx l-unika entità li ġibed l-attenzjoni lill-gvern li r-regolamenti li diġà kien hemm fis-seħħ ma kienux biżżejjed, anzi kien hemm bżonn riformi għall-Avviz Legali Nru.136 tal-2019.

Fost dawn kien hemm il-Kamra tal-Periti li fit-2 ta’ Awissu 2019 kienet ikommettiet lil Gvern, u lill-Ministru Ian Borg b’ ‘Letter of Commitment’ biex jimplimenta 3 talbiet prinċipali tal-Kamra tal-Periti biex tiġi riformata l-industrija tal-bini fl-interess tas-saħħa u sigurtà tan-nies, kemm ta’ dawk li joqgħodu biswit siti ta’ kostruzzjoni kif wkoll ta’ dawk li jkunu jaħdmu f’ siti tal-kostruzzjoni

Dawn it-tliet riformi kienu jikkonsistu li ssir l-implimentazzjoni mill-Building Construction Agency ta’ qafas modern tar-regolamenti tal-bini u tal-kostruzzjoni initulat ‘A Modern Building and Construction Regulation Framework for Malta’ li l-Kamra ippubblikat f’ Mejju 2019 u li kien fih numru ta’ prinċipji bażiċi, fosthom il-ġbir ta’ diversi funzjonijiet li llum jaqgħu taħt 24 Dipartiment/Awtorità tal-Gvern taħt l-Awtorità il-gdida, il-BCA. Proposti oħra kienet l-implimentazzjoni ta’ sett ta’ regolamenti ġodda dwar il-bini u kostruzzjoni simili għal dawk eżistenti f’ pajjizi oħra tal-Unjoni Ewropea u li t-taħriġ, reġistrazzjoni, liċenzjar u l-klassifikazzjoni ta’ kuntratturi u ħaddiema tal-id.

Toni Bezzina qal li għalkemm din ir-riforma kellha tidħol fis-seħħ sal-aħħar ta’ Ottubru 2019, wara 5 xhur minn din l-iskadenza, sa issa għadu ma sar xejn konkret.

It-tiei riforma kienet id d-dħul fis-seħħ tal-Periti Act, li hi liġi li tirregola l-professjoni ta’ perit, biex jiġi assigurat li l-professjoni ta’ perit tkun imġedda biex ikun hemm assigurazzjoni professjonali u taħriġ kontinwu b’ mod mandatorju.

Għalkemm il-Periti Act kellha tiġi sottomessa fil-parlament hekk kif kellu jiftaħ il-parlament wara il-vaganzi tas-sajf, f’ Settembru 2019, sa issa l-istess bħar-riforma ta’ qabilha għadu ma sar xejn.

It-tielet riforma kellha tkun ir-revoka tal-Avviz Legali 136 tal- 2019 bħala parti mit-tibdil meħtieġ peress li r-regolamenti li daħlu fis-seħħ permezz ta’ dan l-avviż legali ma setgħux jindirizzaw il-kriżi li tinsab fiha l-industrija tal-bini, anzi is-sitwazzjoni marret għall-agħar peress li żdiedet aktar il-konfużjoni dwar rwoli u responsabbiltajiet fuq is-siti tal-kostruzzjoni

Id-deputat Nazzjonalista qal li sfortunatament, għalkemm l-industrija tal-bini f’pajjiżna tikkontribwixxi b’mod qawwi lejn il-GDP ta’ pajjiżna din baqgħet industrija mhux regolata, il-gven mhux juri impenn biex b’ mod urġenti jintroduċi r-riformi neċessarji biex kull min jgħix viċin sit ta’ kostruzzjoni jkollu serħan il-moħħ li jista’ joqgħod ġo daru bla biża’ u li kull ħaddiem li jaqla’ x’jiekol minn din l-industrija jkollu s-serħan tal-moħħ li l-lant tax-xogħol tieghu huwa sigur

Minn konferenza li ta l-gimgha l-oħra, l-prim ministru stess ikkonferma li l-kriżi li tinsab fiha l-industrija tal-bini ma ġietx riżolta bir-regolamenti li daħħlu fis-seħħ f’Ġunju 2019. Tant hu hekk li waqqaf Kumitat Tekniku biex jagħmel riforma tar-riforma li kien daħħal il-gvern f’Ġunju 2019. Dan ifisser li r-riforma li tant jiftaħar biha il-gvern falliet.

Kieku l-Gvern ma qagħdx ikaxkar saqajh biex jintroduċi diversi proposti li għamlitlu kemm l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kif wkoll il-Kamra tal-Periti kif wkoll diversi stakeholders oħra, kieku it-traġedja li seħħet jaf kienet tkun evitata.

Il-PN ilu jinsisti għal xhur sħaħ li għandu jkun hemm l-infurzar neċessarju fuq id-diversi siti ta’ kostruzzjoni. In-nuqqas ta’ infurzar qed iwassal għal nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ proċeduri u regolamenti.

Mingħajr infurzar, il-liġi tibqa’ biss fuq il-karta. B’ mod immedjat, u minghajr aktar telf ta’ ħin, il-PM jrid jaghti r-riżorzi neċessarji lil BRO (Building Regulation Office) fi ħdan il-BCA (Building Construction Authority) biex isir l-infurzar neċessarju permezz ta’ spezzjonijiet frekwenti, jinħoloq qafas fejn l-ilmenti tan-nies ikunu jistgħu jigu investigati mill-ewwel u tittieħed azzjoni mingħajr telf ta’ ħin.

Il-PN qed jesiġi li ssir inkjesta pubblika biex fit-traġedja li wasslet għat-telf tal-ħajja ta’ Miriam Pace jiġi determinat jekk sarx dak kollu possibli mill-gvern biex din t-traġedja tiġi evitata; kienx obbligu tal-gvern li b’serjetà, b’liġijiet adekwati u b’infurzar tinghata il-protezzjoni kollha neċessarja lir-residenti li joqgħdu biswit siti ta’kostruzzjoni.