Lokali

Il-ħinijiet tal-viżitaturi f’Mater Dei jonqsu għal siegħa u nofs

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

F’post fuq facebook, sabiex jiġi kkontrollat il-Coronavirus f’pajjiżna l-Isptar Mater Dei avża li se jkunu qed jiġu implimentati numru ta’ miżuri mill-Erbgħa 11 ta ‘ Marzu.

Il-Ħinijiet tal-viżitatur l-ġodda fl-Isptar ser ikunu :

It-Tnejn sal-Ħadd
– 1130 sa 1200 (Viżitatur wieħed għal kull żjara)
– 1700 sa 1800 (Viżitatur wieħed għal kull żjara)

Il-viżitaturi kollha għandhom jiġu skrinjati qabel jidħlu fl-isptar.

Jista jkun hemm xi ħin ta ‘stennija u kjuwijiet qabel tidħol l-isptar. Dan jinkludi entratura prinċipali tal-MDH, ‘Day-care’, Outpatients, A&E u SAMOC.

Dan il-protokoll għandu jkun fis-seħħ sa avviż ieħor.