Lokali Saħħa

Il-MAM tibqa’ tinsisti fuq il-kwarantina obbligatorja

Il-waqfien tat-titjiriet jagħmel sens jekk il-passiġġieri kollha li diġa waslu minn dawn iż-żoni fl-aħħar 14-il jum ikunu soġġetti għal kwarantina obbligatorja.

Il-MAM tilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Air Malta ssospendiet it-titjiriet minn u lejn il-Lombardija. Fi stqarrija l-MAM qalet li l-Air Malta irreaġixxew b’mod responsabbli sabiex jitnaqqas it-tixrid tal-COVID-19 u b’hekk jipproteġu l-popolazzjoni. 

Is-sitwazzjoni li ninsabu fiha mhix waħda normali u għalhekk huwa importanti ħafna li d-deċiżjoni li jittieħdu jagħtu prijorità lis-saħħa tan-nies u li din il-ħarġa għandha tieħu preċedenza fuq l-interessi kummerċjali. L-MUM tinsab imħassba dwar il-fatt li għad hemm diversi titjiriet li għadhom qed joperaw lejn u miż-żona ta’ lock-down fl-Italja. Għalhekk il-union tistħaq li dawn għandhom jitwaqqfu minnufih.

Il-MAM tisħaq li l-passiġġieri kollha li jitilqu mill-Italja għandhom jimlew formola ta’ dikjarazzjoni obbligatorja dwar jekk dawn kinux fiż-żona lockdown fl-aħħar 14-il jum. 

Il-MAM tappella lil dawk kollha residenti f’Malta sabiex jieħdu bis-serjetà l-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika.