Internazzjonali Lokali Saħħa

Il-Partit Nazzjonalista solidali mal-Poplu Ċiniż

Ritratt: Euronews

Fi stqarrija tal-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni, Carmelo Mifsud Bonnici, il-Partit Nazjonalista esprima s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Ċiniż u jingħaqad ma’ oħrajn f’dawn l-mumenti partikolari wara li numru ta’ persuni tilfu ħajjithom kaġun tal-waqgħa ta’ binja fil-belt ta’ Quanzhou.

Il-Partit Nazzjonalista saħaq kif huwa viċin l-poplu Ċiniż fid-diffikultajiet u kumplikazzjonijiet li l-isfida globali tal-Coronavirus qegħda ġġib magħha. Il-ħidma li saret u qegħda ssir għandha tiġi apprezzata; l-istatistika qegħdha tindika li l-passi immedjati li ttieħdu sabiex din tkun kkontrollata jidher li qed jagħtu r-riżultati tagħhom.

Ikkummenta