Lokali

Il-PN jingħaqad mad-diversi stati tal-Commonwealth illum fil-kommemorazzjoni ta “Commonwealth Day”

Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad ma’ 54 membru fit-tema magħżula “Delivering a Common Future. “ u dan fit-tlett linji prinċipali elenkati: “Innovating, connecting and transforming”.

Permezz ta’ stqarrija l-kelliem tal-PN dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ u s-Segretarju Internazzjonali Roselyn Borg Knight qalu li għandna nibqgħu nemmnu li din l-organizzazzjoni hija tastiera importanti fil-politika barranija tagħna iktar u iktar illum wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropeja. Proprju għalhekk li nibqgħu nsostnu din l-linja u niċċelebraw fi ħdan din l-organizzazzjoni; li id rajna fiha u parteċipazzjoni attiva tajna.