Lokali

Imwaqqfa b’mod temporanju t-titjiriet tar-Ryanair bejn Malta, Bergamo u Treviso

It-titjiriet tar-Ryanair bejn Malta, Bergamo, Milan u Treviso ġew imwaqqfa b’mod temporanju. Dan sabiex jitrażżan it-tixrid tal-koronavirus f’pajjiżna.

Ryanair topera sitt titjiriet fil-ġimgħa lejn u minn din il-belt fit-Tramuntana tal-Italja, li bħalissa tinsab taħt lock down.

It-titjira li kellha titlaq minn Bergamo lejn Malta fis-siegħa ta’ waranofsinhar ġiet ikkanċellata.
 

Il-passiġġieri li kellhom ikunu abbord din it-titjira issa huma mitluba sabiex jimxu mal-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa Taljani.