Internazzjonali Saħħa

Jitnaqqsu l-każi ta’ Coronavirus fiċ-Ċina, fl-Ewropa l-oppost

Għall-ewwel darba wara li beda t-tixrid ta’ dan il-virus, fiċ-Ċina kien hemm tnaqqis, u kif ukoll kien hemm tnaqqis konsiderevoli fil-Korea t’Isfel.

F’kuntrast għal dan, fl-Ewropa komplew jiżdiedu l-każi, hekk kif l-Italja fil-jum tal-bieraħ kellha 133 mewta b’kawża ta’ dan il-virus. Kollox jidher li fl-Ewropa s-sitwazzjoni iżda mhux tikkalma, bl-aktar infezzjonijiet jibqgħu fil-pajjiż ġar tagħna.

L-istess iżda jista’ jingħad għall-Istati Uniti, hekk kif dawn sa issa n-numru ta’ dawk infettati b’din l-imxijja tela’ għal aktar minn 500.

L-ammont ta’ mwiet fir-Renju Unit issa telgħa għal tlieta bil-PM Brittaniku Boris Johnson mistenni li jsejjaħ laqgħa oħra dwar dan. Il-laqgħa qed tissejjaħ bħala cobra meeting u se tiddiskuti x’aktar miżuri jistgħu jittieħdu biex jitwaqqaf it-tixrid ta’ dan il-virus.