Lokali Qorti

L-aħħar argumenti dwar l-estradizzjoni ta’ Ingliż fuq qtil brutali li kien seħħ f’Cheshire fl-2003

Il-Qorti Kostituzzjonali semgħet l-aħħar argumenti dwar jekk l-Ingliż Christopher Guest More, maħrub minn pajjiżu għal 16-il sena sħaħ, għandux jgħaddi ġuri fl-Ingilterra dwar każ ta’ qtil.

Guest More ta’ 45 sena, minn Warrington huwa mitlub mill-awtoritajiet Ingliżi biex jiffaċċa l-ġustizzja fir-Renju Unit fuq l-omiċidju ta’ Brian Waters, sid ta’ razzett li jipproduċi l-kannabis, f’Ġunju tal-2003, jista’ jeħel sa għomor il-ħabs, jekk jinstab ħati.

Tliet irġiel oħra, John Wilson ta’ 69 sena, James Raven ta’ 60 sena u Otis Matthews ta’ 41 sena, diġa qegħdin iservi sentenza ta’ għomor il-ħabs wara li nstabu ħatja fuq dan il-qtil.

Brian Waters kien ġie ttorturat u msawwat għall-mewt quddiem żewġ uliedu adulti, li kienu ġew sfurzati jaraw lil missierhom jinqatel wara x-xeba’ kbira li qala’ wara li ġie marbut fuq siġġu. Waħda minn uliedu kien għad kellha biss 21 sena.

Huwa dam jiġi torturat għal tliet sigħat, bil-vittma ta’ 44 sena jsofri minn 123 ferita meta kien qala bil-frost, tpoġġa rasu l-isfel, attakkat minn pisola tal-istaples u abbużat sesswalmwent fir-razzat li jinsab f’Tabley, ġewwa Cheshire.

Il-każ kien seħħ fuq flus fejn kollox kien relatat ma’ droga. Guest Moore kien ġie arrestat f’Malta s-sena l-oħra, f’operazzjoni konġunta mal-Pulizija Ingliża. L-Avukat tiegħu, Rene Darmanin, qal fil-Qorti preseduta mill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi, u l-Imħallfin Giannino Caruna Demajo u Anthony Ellul, li jekk il-klijent tiegħu jiġi estradit, huwa jispiċċa jinżamm fil-ħabs ta’ Manchester.

L-avukat Darmanin għamel referenza għar-rapporti li ngħadu mill-House of Commons u għaqdiet oħra Ngliżi li jiddeskrievu lil dan il-ħabs bħala tal-era ta’ Charles Dickens u li huwa maħmuġ u mhux tajjeb biex jgħixu fih in-nies, u liu huwa inaċċetabbli.

L-Avukat Darmanin argumenta li Guest More ipprovda informazzjoni verifikata, lin tikkontrasta bil-kbira, “iż-żewġ dikjarazzjonijiet biss” li esebixxa L-avukat ġenerali dwar l-istat tal-ħabs f’Manchester. L-Avukat qal li fiċ-ċirkostanzi, li żżomm persuna f’ħabs bħal dan huwa bla dubju trattament inuman u degradanti

Għaldaqstant huwa talba biex il-Qorti tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati u tal-Qorti tal-Appell Kriminali, li t-tnejn approvaw l-estradizzjoni.

Fl-argumenti finali tagħha, l-Avukat tal-Istat Victoria Buttigieg qalet li hija pproduċiet evidenza biżżejjed li turi li l-ħabs inkwistjoni ta’ Manchester, għandu l-istandard meħtieġa u ma hemm l-ebda vjolazzjoni jekk Guest Moore jispiċċa fih.

L-Avukat Buttigieg qalet li d-difiża qed tibbaża kollox fuq rapporti ġeneriċi u li l-Inglterra aderixxiet mill-istandard internazzjoanli fuq persuni kaċerati u d-dokumentazzjoni li ngħatat lill-awtoritajiet Maltin huma fil-linja tal-Konvenzjoni Ewropea fuq id-Drittijiet tal-Bniedem. Il-Qorti mistennija tagħti deċiżjoni fuq il-każ fis-27 ta’ Marzu li ġej.