Lokali Parlament

Malta m’għandhiex tiftaħ il-bibien għall-prostituzzjoni

– Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat lill-gvern biex ma jiftaħx il-bibieb għall-prostituzzjoni għaliex din ikollha effetti negattiiv fuq is-soċjetà.

Fil-parlament Claudette Buttiigieg sellmet lin-nisa f’Jum il-Mara u qalet li Jum il-Mara mhux jum ta’ ċelebrazzjoni iżda hu jum ta’ tifkira għaliex fadal ħafna x’isir f’dan is-settur.

Il-Kunsill tal-Ewropa ippubblika statistika li turi fil-pagi n-nisa jitħallsu 16% inqas mill-irġiel, fil-pensjonijiet jitħallsu 30% inqas mill-irġiel, fix-xogħol tad-dar 75% huma nisa, 8% biss tal-persuni fil-bordijiet huma nisa, 22% biss tal-persuni fl-intelliġenza artifiċjali huma nisa u 39% tad-deputati fil-parlament Ewropew huma nisa. Malta tinsab ukoll ‘l isfel fost il-pajjiżi fl-Ewropa fil-pagi, l-ugwaljanza, il-parteċipazjzoni u l-karigi fis-soċjetà.

Minkejja dan il-gvern jgħid li hu gvern femminista u ta rigal lill-poplu billi l-gvern ħabbar li se tiftaħ il-bibien tal-prosituzzjoni fil-pajjiż. Hi qalet li dan il-pass ġab l-istmerrija u kundanna ta’ 40 għaqda volontarja, riċerkaturi, għalliema fl-universtà, li kollha qed jgħidu lill-gvern li din hi triq żbaljata ħafna. Huma qed jaħdmu favur il-mudell Nordiku li jagħti lill-mara l-poter li tieħu d-deċiżjoni.

F’dan il-mudell ikun hemm diskriminalizzazzjoni tal-mara fil-prostituzzjoni li f’iktar minn 90% jkunu fil-vittmi u titfa’ t-toqol tar-responsabbiltà fuq l-irġiel li jixtri s-servizzi mingħand in-nisa. Fil-Ġermanja l-briedel saru qishom supermarkets waqt li fi New Zealand l-itlajjar illum issibu kullimkien. Spanja qed jipprova tbiddel il-liġi għaliex l-esperiment tagħhom ma rnexxiex u qed jipprovaw imorru lejn liġi kif inhi implimentata fl-Irlanda, Iżrael u l-Iżvezja.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li huma biss 1% biss tan-nisa li jaħdmu fil-prostituzzjoni li qed jagħmluha b’għażla libera tagħhom. Bil-proposti tal-gvern, id-domanda tal-prosituzzjoni tikber bil-possibbiltà li Malta tibda timporta nisa li jagħmlu dan ix-xogħol. Ministru tal-Ugwaljanza m’għandux jimxi lejn din id-direzzjoni li qed tissuġġerixxi s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar.

Hi tkellemt ukoll dwar il-Miżbla tal-Magħtab u kkundannat dak li qed jippjana li jagħmel il-gvern fil-Magħtab. Dan il-gvern qed jibqa’ jagħsar dan il-pajjiż, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li dan se jeffetwa lill-bdiewa, lin-negozji u setturi oħra.

Hi staqsiet lill-ministru responsabbli jekk sarux l-istudji, fejn huma l-istudji, meta se jkunu ppreżentati u jekk ma sraux allura l-gvern jispjega għaliex dawn ma sarux. Id-deputat Nazzjonalista staqsiet jekk hux se jiġi pubblikat jekk huse tkun pubblikata l-inkjesta dwar in-nirien li saru fl-Impjant ta’ Sant’ Antnin u jekk hux minnu li l-ġibjun li kien hemm apposta fil-fatt tħalla vojt. Jirriżulta li l-Impjant kellu mekkaniżmu kontra t-tifi tan-nar u staqsiet kif ma ħadimtx u jekk dan sarx b’intenzjoni.

Hu stramb li l-gvern iddeċieda l jkompli jgħarraq il-Magħtab iktar milli hi. Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar qed jaħdem bil-qawwi dwar din il-problema iżda ma saret l-ebda laqgħa ta’ konsultazzjoni. L-istess qed isir fil-prostituzzjoni ebda konsultazzjoni.