Il-Ministru tal-Isport ta’ Franza Roxana Maracineanu kkonfermat li l-aħħar logħba mis-Six Nations bejn Franza u l-Irlanda ġiet posposta. Il-logħba kellha tintlagħab f’Pariġi s-Sibt li ġej, bil-Ministru ma tikkonfermax data ġdida għal-logħba. Il-coronavirus kompla jinxtered fi Franza u sal-Ħadd kien hemm aktar minn 1,100 każ. Fi Franza mietu dwar 20 persuna, bil-protesti, l-eżamijiet u t-trasport pubbliku jistgħu jkunu l-eċċezzjoni għas-sospensjoni tal-folol kbar fil-pajjiż.
Il-logħba bejn l-Ingilterra u l-Italja fi Stadio Olimpico f’Ruma diġà ġiet sospiża iżda l-konfront l-ieħor bejn Wales u l-Iskozja fil-Principality Stadium ta’ Cardiff se jintlagħab b’mod normali s-Sibt li ġej. Il-logħba tan-nisa bejn Wales u l-Iskozja diġà tħassret wara li plejer Skoċċiża nstabet pożittiva bil-coronavirus il-ġimgħa l-oħra.Fi stqarrija mill-organizzaturi ntqal li qed jaħdmu fil-qrib mal-federazzjonijiet biex jidentifikaw dati li fihom jintlagħbu l-logħbiet kollha posposti.
//= $special ?>