Futbol Sport

Rebħa importanti għal Sassuolo

(Ritratt: EPA)

Sassuolo komplew jitbiegħdu miż-żona tar-relegazzjoni b’rebħa importanti ta’ 3-0 fil-Mapei Stadium. Din it-telfa tkompli tkabbar il-problemi ta’ Brescia li qed ikomplu jaraw is-salvazzjoni, kompitu diffiċli. Il-logħba ntlagħbet ukoll bil-bibien magħluqa. FRANCESCO CAPUTO fetaħ l-iskor qabel tmiem l-ewwel taqsima meta wara żball difensiv, irċieva mingħand Domenico Berardi u wara li kkontrolla l-ballun għeleb lil Jesse Joronen.

Filippo Romagna laqat il-mimduda fit-tieni taqsima b’daqqa ta’ ras. L-iskor sar 2-0 fil-61 minuta meta minn ballun fit-tul, FRANCESCO CAPUTO skorja t-tieni gowl personali b’xutt mill-isbaħ li ma tax ċans lil Joronen isalva. It-tim ta’ Roberto de Zerbi għalaq il-logħba kwarta mit-tmiem b’azzjoni personali ta’ JEREMIE BOGA li mix-xellug avvanza u ċċentra ruħu biex skorja b’xutt għar-rokna.