Lokali

Sitwazzjoni gravi u serja – PN

Ritratt: mill-Arkivji

Il-Partit Nazzjonalista jirreferi għall-aħħar ħarba ta’ numru ta’ immigranti rregolari minn ġewwa ċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far li seħħet fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u jesprimi l-inkwiet tiegħu għal dan. Dan m’huwiex l-ewwel każ ta’ dan ix-xorta li rajna jseħħ

Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliema dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità, Beppe Fenech Adami, u l-Kelliem dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carm Mifsud Bonnici qed jiġbed l-attenzjoni li tul dawn l-ġranet ma saret l-ebda stqarrija biex tinforma lill-pubbliku kemm persuni ħarbu u jekk kemm il-darba kienx hemm min nqabad lura.

Jidher ċar li s-sitwazzjoni hija gravi, serja u m’għadhiex iktar taħt kontroll billi ċ-ċentri qegħdin mimlija sew.

Il-Partit Nazzjonalista jidhirlu li l-pajjiż għandu dritt jkun jaf l-verità u jappella lill-awtoritajiet sabiex jittieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex tingħata spjegazzjoni pubblika u trasparenti ta’ dak li seħħ u qiegħed jseħħ fiċ-ċentri.

Ikkummenta