Lokali Parlament

Tisħiħ tar-rilevanza tal-Commonweath

Waqt it-tfkira tal-Commonwealth fil-parlament Malti, id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici enfażizza l-importanza tar-rilevanza tal-Commonwelath fl-isfera internazzjonali

Carm Mifsud Bonnici qal li l-Commonwealth hu mpenjat li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini li jgħixu fil-pajjiżi tal-Commonwealth. Hu spjega li l-innovazzjoni, il-konnettività u t-traformazzjoni huma d-direzzjonijiet magħżula flimkien mat-tiġdid tal-istess Commonwealth. Dan biex il-Commonwealth tilħaq l-iskopijiet tagħaha fit-teknoloġija, fl-ambjent u fl-isferi kollha.

Minkejja li l-Commonwelth jista’ jidher bla rilevanza, fil-fatt għad għandu rilevanza biex jinidlu ċirkostanzi fid-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-kummerċ. Dan huma passi importanti li jwasslu għall-ġid komuni u li jwasslu għall-futur komuni.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li Malta u Ċipru jridu jġorru l-bandiera tal-UE fl-Commonwealth issa li l-Ingilterra ħarġet mill-UE.