Lokali

Arrestat dwar xiri ta’ splussiv li nstab maħżun f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel ta’ 34 sena ġie arrestat wara li lbieraħ instablu splussiv maħżun fi propjetà f’Ħaz-Żebbuġ.

Dan wara ġranet ta’ sorveljanza mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra t-Terroriżmu, b’rabta ma’ investigazzjoni twila dwar materjal biex jintuża fi splussiv.

F’din l-operazzjoni, ir-raġel li huwa Malti, kien arrestat minn membri mis-Sezzjoni ta’ Kontra t-Terroriżmu. Diversi oġġetti eletroniċi kienu ukoll sekwestrati waqt it-tfittxijiet li saru fi propjeta’ f’Ħaż Żebbuġ u kif ukoll minn diversi vetturi.

B’rabta ma’ dan il-każ hemm ukoll inkjesta Maġisterjali, u llum, fin-12.30pm ir-raġel mistenni jitressaq b’arrest quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras.